Il-Pubbliku Huwa Mfakkar Li Min Jirċievi Riżultat Pożittiv Għandu Jibda Perjodu Ta’ 14-Il Jum Kwarantina Obbligatorja

 Il-Pubbliku Huwa Mfakkar Li Min Jirċievi Riżultat Pożittiv Għandu Jibda Perjodu Ta’ 14-Il Jum Kwarantina Obbligatorja

L-Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika jfakkru li kull min jirċievi riżultat pożittiv tal-PCR jew ta’ Rapid Test għall-COVID-19 għandu jiżola lilu nnifsu immedjatament mill-mument li jirċievi r-riżultat. Min jirriżulta pożittiv għandu jibda perjodu ta’ 14-il-ġurnata kwarantina obbligatorja u li dan jgħodd ukoll għal kull persuna li tgħix fl-istess residenza.

Sabiex ikun evitat aktar tixtrid, persuni li jittestjaw pożittivi għandhom jippreparaw lista tal-kuntatti li kienu fil-qrib tagħhom fil-jumejn ta’ qabel it-test pożittiv jew mindu żviluppaw sintomi, liema minnhom ikun ġie l-ewwel.

L-awtoritajiet jieħdu din l-opportunità biex iħeġġu lil kulħadd jilqa’ l-istedina għat-tilqima kontra l-COVID-19 filwaqt li jappellaw sabiex jinżammu l-miżuri kollha kontra t-tixrid tal-virus tal-COVID.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com