Iljieli Mill-Isbaħ Ta’ Kant U Għanjiet Tal-Milied Taħt Id-Dawl Tal-Istilel Fin-Naxxar

 Iljieli Mill-Isbaħ Ta’ Kant U Għanjiet Tal-Milied Taħt Id-Dawl Tal-Istilel Fin-Naxxar

Iljieli mill-isbaħ ta’ kant u għanjiet tal-Milied taħt id-dawl tal-istilel.

Dan kollu qed ikun organizzat quddiem il-Kappella ta’ Santa Marija tax-Xagħra, f’San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar.

Propju din l-idea bdiet is-sena l-oħra fejn waqt il-pandemija b’diversi restrizzjonijiet Lorraine Buttigieg u Clyde Camilleri iddeċidew li joħolqu xi ħaġa innovattiva għal żmien il-Milied. Flimkien kienu ħarġu bl-idea li jagħmlu filmat qasir u jkun proġettat mal-faċċata tad-dar tagħhom, fejn in-nies setgħu jgawdu xi ħaġa differenti fiż-żmien tal-Milied minn ġol-karozza tagħhom stess.

Din is-sena Lorraine u Clyde iddeċidew li joħolqu xi ħaġa differenti u ħarġu bl-idea li jagħmlu proġezzjoni fuq il-faċċata tal-Kappella ta’ Santa Marija tax-Xagħra li tinsab viċin id-dar tagħhom u flimkien ma diversi kantanti u korijiet joħolqu ljieli mill-isbaħ matul il-ġimgħa tal-Milied.

Fil-fatt l-ewwel lejl ta’ ‘Carols Under The Stars’ sar propju nhar it-Tnejn 20 ta’ Diċembru, fejn intlaqa’ tajjeb ħafna. Dawn l-iljieli ħa jkomplu l-lejla 22, kif ukoll fit-23, is-26 u is-27 ta’ Diċembru, bejn is-6:00pm u l-10:00pm.

Din l-attività qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar kif ukoll b’risq id-Dar tal-Providenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com