L-Iżrael Tippjana Sabiex Tlaqqam Liċ-Ċittadini Bir-Raba’ Doża Tal-Vaċċin

 L-Iżrael Tippjana Sabiex Tlaqqam Liċ-Ċittadini Bir-Raba’ Doża Tal-Vaċċin

L-Iżrael qed tippjana sabiex tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li tibda tagħti r-raba’ doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 liċ-ċittadini tal-pajjiż.

Dan hekk kif il-pajjiż iħejji għall-mewġa oħra ta’ infezzjonijiet li mistennja tkun dominanti mill-varjant Omicron.

L-esperti mediċi Iżraeljani qed jirrakkomandaw li r-raba’ doża tingħata lil dawk li għandhom aktar minn 60 sena u lill-ħaddiema kollha tas-saħħa.

Il-Prim Ministru Iżraelit Naftali Bennett qabel ma’ dawn il-pjanijiet u talab lill-uffiċjali sabiex jibdew jaħsbu għar-raba’ doża.

Fl-Iżrael ilbieraħ kienet konfermata wkoll l-ewwel mewt ta’ pazjent minħabba l-varjant Omicron. Huwa maħsub li madwar 340 każ fl-Iżrael huwa tal-varjant Omicron.

Ritratt: Financial Times

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com