Malta Tirreġistra L-Ogħla Numru Ta’ Persuni Attivi Li Qatt Ġew Irreġistrati

 Malta Tirreġistra L-Ogħla Numru Ta’ Persuni Attivi Li Qatt Ġew Irreġistrati

Fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li llum nstabu 582 każ ġdid ta’ persuni bil-Covid-19 filwaqt li fiequ 94. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 2,991.

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19. L-ogħla ammont li s’issa kien irreġistrat kien 510 fl-10 ta’ Marzu ta’ din is-sena.

B’kollox hemm 47 pazjent fl-isptar Mater Dei filwaqt li 4 jinsabu fit-taqsima ta’ kura intensiva.

Illum tħabbar ukoll li mietu żewġ irġiel ta’ 52 u 53 sena waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com