Justyne Caruana Fetħet Proċeduri Fil-Qorti Biex Tnaddaf Isimha – Tikkonferma Wkoll Li Mhux Ser Tikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali

 Justyne Caruana Fetħet Proċeduri Fil-Qorti Biex Tnaddaf Isimha – Tikkonferma Wkoll Li Mhux Ser Tikkontesta L-Elezzjoni Ġenerali

Hekk kif ftit tal-ħin ilu tħabbret ir-riżenja ta’ Justyne Caruana minn Ministru għall-Edukazzjoni, hija tat l-ewwel reazzjoni fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn ikkonfermat li dalgħodu waqt laqgħa mal-Prim Ministru hija informatu bir-riżenja tagħha.

Caruana qalet li hija daħlet fil-politika biex iservi. “Qatt ma kont marbuta mas-siġġu tal-poter u għalhekk ħassejt li din l-aħjar deċiżjoni fil-mument għall-Gvern u l-Partit Laburista.”

Justyne Caruana qalet li ser tkun qed tikkontesta r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Hija qalet li permezz tal-avukati tagħha bdiet proċeduri quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Civili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha.

Justyne Caruana ikkonfermata wkoll li mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Fi stqarrija b’reazzjoni għal dan l-MUT qalet li qed tilqa’ din ir-riżenja.

“Din kienet meħtieġa sabiex is-settur tal-edukazzjoni jkompli jitmexxa l-quddiem wara li diġà kellu skossi bil-bidliet ta’ tliet Ministri fl-aħħar sentejn,” sostniet l-MUT.

Hija qalet li lesta taħdem mal-Ministru l-ġdid għal ġid tal-qasam edukattiv, la darba jinħatar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com