Inċident Tat-Traffiku Fil-Mosta Bejn Toyota Corolla U Smart

 Inċident Tat-Traffiku Fil-Mosta Bejn Toyota Corolla U Smart

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Valletta, Mosta. Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti l-Mosta, li kien qed
isuq Toyota Corolla, tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ Smart li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 38 sena residenti Ħ’Attard.

Fit-Toyota, kien hemm żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena residenti San Pawl il-Baħar. It-tliet persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn dak li jirrisjedi San Pawl il-Baħar ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com