“Is-Settur Tal-Ospitalità Jinsab F’Sitwazzjoni Ta’ Inċertezza Kbira” – MHRA

 “Is-Settur Tal-Ospitalità Jinsab F’Sitwazzjoni Ta’ Inċertezza Kbira” – MHRA

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA qalet li dawn il-festi tal-Milied kienu ħa jkunu l-uniku ċans biex jagħmel tajjeb għat-telf kbir li kellhom l-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb aktar kmieni din is-sena. Is-Sitwazzjoni issa hija waħda ta’ inċertezza kbira.

Fi stqarrija, l-MHRA appellat lill-Gvern biex jintervjeni b’emerġenza b’pakkett ta’ għajnuna għas-settur tal-ospitalità li jirrifletti s-sitwazzjoni straordinarja ta’ bħalissa. Qalet li bħala pajjiż jeħtieġ impenn aħjar dwar x’se jkun il-pjan ‘il quddiem biex nibqgħu ngħixu b’dan il-virus.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li waqt li jifhmu l-importanza li n-nies jisimgħu mill-awtoritajiet tas-saħħa, il-membri tal-assoċjazzjoni huma mħassba bl-impatt li se jkollhom l-aħħar miżuri fuq l-industrija tal-ospitalità.

Huma temmew jgħidu li jittamaw li la darba jidħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet il-ġodda dawn ikunu infurzati mill-awtoritajiet sabiex ma jkunx hemm abbużi u dan is-settur jkunu jista’ jibqa’ miftuħ għan-negozju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com