Il-Kelb Tad-Dwana Charlie Jinterċetta €38,585 Mhux Iddikjarati Fl-Ajruport
Charlie, il-kelb tad-Dwana interċetta €15,000 mhux iddikjarati wara li ta sinjal pożittiv f’bagalja waqt ic-check in fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Charlie, ta wkoll sinjal ieħor pożittiv fid-‘Departures Lounge’ wara li passiġġier Malti kien qed jivvjaġġa mal-mara u t-tifla. It-tfittxija fuq il-passiġġieri rriżultat fi €22,000 fil-ġakketta tar-raġel, €1,230 fil-kartiera tiegħu u €335 fil-kartiera tal-mara.
Il-mara u t-tifla ingħataw allokkazzjoni ta’ €10,000 kull wieħed filwaqt li r-raġel kien offrut li jissettilja mingħajr ma jidħol il-qorti; liema offerta qabel magħha u ffirma għall-kumplament tal-flus (€18,585) filwaqt li wkoll ingħata multa.