Ara: ‘Christmas Light To Sound Show’ Spettaklu Mal-Faċċata Tal-Każin Banda San Bartilmew Fil-Għargħur
Il-kumitat tal-Każin Banda San Bartilmew fil-Għargħur, ilu għal dawn l-aħħar 10 snin itella’ spettakli sbieħ fiż-żmien tal-festi tal-Milied fejn mis-sena l-oħra, bdew idaħħlu aktar dettalji fis-sistema tad-dawl sinkornizzat mal-mużika biex tkun iżjed attraenti u anke ta’ pjaċir għall-pubbliku.
Din is-sena, is-Segretarju Mario Abela ħareġ bl-inizjattiva li jsir esperiment fuq ‘controllers’ b’sistema għal dawl neo-pixel (smart lighting) fejn f’din is-sistema, kull bozza LED tkun ikkontrollata individwalment biex toħloq stampa jew disinn speċi ta’ screen kbir.
Fiha wkoll dawl ieħor li flimkien jistgħu jiġu kkontrollati b’controllers b’software ipprogrammat minn Gianluca u Matteo Abela.
Tfasslu d-disinni, sar il-ħadid u tgħaddew il-cables fejn anke ħadu ħsieb li ma jtaqbux il-faċċata tal-każin li għadu kif ġie rrestawrat fl-2019.
F’ dan il-proġett għenu wkoll bosta voluntiera fosthom Pierre, Kevin, Abraham, Carmelo, il-kumitat kollu u oħrajn fejn il-ħsieb tagħhom huwa li s-sena d-dieħla jkomplu jkabbru dan l-ispettaklu.
Is-sistema tixgħel kull filgħaxija fil-5pm u x-show ta’ madwar 30 minuta bis-sistema ta’ dawl u sound issir fil-5.30, 7.00pm u fit-8.30pm fejn wara tibqa’ għaddeja bla sound iżda b’disinji tad-dawl biss sa nofs il-lejl.
Prosit tassew.