Sa Issa Hawn 5,289 Każ Attiv Tal-Covid-19 F’Pajjiżna
Sal-aħħar aġġornament minn Saħħa, jiġifieri sal-bieraħ fin-12.30, f’pajjiżna hawn 5,289 każ attiv ta’ persuni bil-Covid-19.
Matematikament, jekk ir-rata ta’ fejqan għal kull persuna hija ta’ madwar 14-il jum, bil-fatt li joħroġ minn kwarantina u jittestja negattiv, hekk irridu sa wara s-sajf li ġej biex nerġgħu nkunu bin-numri baxxi kif konna drajna bihom.
Madanakollu, fl-isptar Mater Dei hemm 68 pazjent rikoverat u 4 pazjenti fit-taqsima tal-kura intensiva.
F’nhar il-Milied instabu 917-il każ pożittiv ġdid filwaqt li fiequ 96 persuna oħra. Sal-bieraħ, 1,030,496 ħadu t-tilqim bil-vaċċin li minnhom, 187,277 ħadu l-booster.