Raġel Mgħammad U Armat Irnexxielu Jaħrab Wara Li Wettaq Serqa F’Ħanut F’Ħaż-Żabbar

 Raġel Mgħammad U Armat Irnexxielu Jaħrab Wara Li Wettaq Serqa F’Ħanut F’Ħaż-Żabbar

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għal raġel li għamel hold-up minn ħanut fi Triq il-Labour, Ħaż-Żabbar.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:15pm, fejn marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 49 sena minn Ħal Kirkop u raġel ta’ 42 sena mill-Birgu.

Ir-raġel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Rigward il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com