Tikolx Minn Dawn In-Noodles

 Tikolx Minn Dawn In-Noodles

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li huwa potenzjalment ikkontaminat bl-Ethylene oxide.

Isem tal-prodott: Xtra Hot flavoured instant noodles (Instant Pancit Canton Hot Chilli Xtra Big)

Ditta: Payless

Data tad-Durabbilità: 20/06/2023

Lott: 000050236

​L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE.  Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com