Ilbieraħ F’Malta Ngħataw 9,500 Tilqima Kontra L-Covid-19

 Ilbieraħ F’Malta Ngħataw 9,500 Tilqima Kontra L-Covid-19

Jidher li wara l-miżuri li tħabbru ftit tal-jiem ilu l-għoti tat-tilqim tal-booster qabad ritmu tajjeb, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu ħabbar li lbieraħ ingħataw 9,500 tilqima kontra l-Covid-19.

Il-Ministru Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li dan huwa mertu kbir lit-tim effiċjenti ta’ professjonisti dedikati.

Ħeġġeġ ukoll sabiex kulħadd jirreġistra għall-booster, hekk kif mil-bieraħ ir-reġistrazzjoni infetħet għal dawk kollha minn 18-il sena ‘l fuq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com