Rekord Ta’ Każijiet Ġodda Ġurnata Wara L-Oħra – Illum 1,337 Każ Ġdid Ta’ Covid F’Malta

 Rekord Ta’ Każijiet Ġodda Ġurnata Wara L-Oħra  – Illum 1,337 Każ Ġdid Ta’ Covid F’Malta

L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 1,337 persuna, filwaqt li fiequ 116 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 8,956.

B’kollox hemm 82 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm 6 persuni fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ 476 wara li mill-bieraħ ‘l hawn ma mietet l-ebda persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 206,611 dożi tal-booster.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com