Id-Dwana Maltija B’Sejba Ta’ 14-il Karozza Oħra Misruqa Mill-Kanada

 Id-Dwana Maltija B’Sejba Ta’ 14-il Karozza Oħra Misruqa Mill-Kanada

Uffiċjali tad-Dwana ikkonfiskaw 14-il karozza oħra misruqa mill-Kanada u moħbija f’kontejners destinati għall-Kuwajt.

Fi stqarrija d-dipartiment tad-Dwana qal li dawn il-karozzi lussużi nstabu ġo kontejners tal-40 pied, fil-port ħieles.

B’kollox sal-lum id-Dwana qabdet 58 karozza li nsterqu mill-Kanada, moħbija f’total ta’ 32 kontejner.

Il-Pulizija Kanadiża u dik Maltija ġew informati b’din il-qabda u nedew investigazzjoni dwar il-każ.

Il-ħidma tal-uffiċjali tad-Dwana Maltin għenet lill-Pulizija fil-Kanada biex toħroġ akkużi fil-konfront ta’ 9 persuni suspettati ma’ dan is-serq ta’ vetturi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com