Deputat Fil-PN Għandu Iktar Minn Kwart Ta’ Miljun Ewro F’Vat Xi Jħallas

 Deputat Fil-PN Għandu Iktar Minn Kwart Ta’ Miljun Ewro F’Vat Xi Jħallas

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu test ieħor quddiemu bl-aħbar żvelata fit-Times of Malta llum li deputat minn tiegħu għandu iktar minn kwart ta’ miljun ewro (€270,440) f’VAT xi jħallas lill-Kummissarju tat-Taxxi. VAT li ġabar mingħand il-klijenti u żammha f’butu minflok għaddiha lill-Istat kif inhu dovut. Hekk tenniet stqarrija mill-Partit Laburista.

Intqali li fl-aħħar jiem Bernard Grech tkellem dwar l-evażjoni tat-taxxa u issa għandu każ ċar ta’ evażjoni qawwija ta’ taxxa fil-grupp parlamentari tiegħu stess, jekk irid tassew juri li jemmen dak li jiktbulu fi status wara ieħor li jtella’ fuq facebook.

“Kulħadd jifhem li Bernard Grech se jibqa’ jkollu problema ta’ kredibbiltà għax hu nnifsu evada t-taxxa kontinwament sakemm aċċetta li jitqiegħed Kap tal-Partit Nazzjonalista.  Iżda, lanqas għandu jaċċetta l-iskużi bażwija li ta d-deputat tiegħu mat-Times of Malta li waħħal fil-Covid meta dak irrapportat jixhed li l-aġir abbużiv tiegħu imur iktar minn hekk. Iċ-ċifri fir-rapport ippubblikat dalgħodu juru li dan hu każ ta’ Vat mhux imħallas fuq madwar miljun u nofs ewro dħul u fuq medda twila ta’ żmien.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu dan il-każ bl-ikbar serjetà għax ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi, lanqas id-deputati tal-Oppożizzjoni.” Hekk temmet l-istqarrija mill-PL.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com