“Bernard Grech Ostaġġ U Mhux Kredibbli, Il-Maltin Mhux Ċwieċ” – Il-Partit Laburista
“Ma kien hemm ebda dubju li Bernard Grech se joħroġ għonqu għal David Thake”, wieħeb il-Partit Laburista fi stqarrija bi tweġiba għal stqarrija oħra mill-PN.
“Dan għax kien parti mill-klikka li poġġitu hemm wara li neħħa lil Adrian Delia, kif ukoll għax Bernard Grech innifsu għamel għomru u żmienu ma jħallasx it-taxxa. Bernard Grech illum reġa’ wera biċ-ċar li ma jemminx fi standards għolja fil-ħajja pubblika.
Minkejja li ħallas it-taxxa biss għax ħareġ għall-politika sa ftit ilu kellu l-wiċċ imur fuq in-NET u tkaża u tkellem fit-tul dwar allegat ammont ta’ taxxa mhux imħallas fl-istess ammont li semmiet it-Times of Malta llum. Iżda, issa d-diska nbidlet u jrid juża l-iskuża tal-Covid-19 għal dak li ġara sa minn qabel il-Covid.
Il-Maltin mhux ċwieċ.
Illum kellna prova oħra li Bernard Grech irid joqgħod għal li jgħidulu nies bħal Jason Azzopardi u David Thake. Jidher hu, jiddeċiedu huma.”
Hekk intqal fl-istqarrija mill-PL.