Il-PN Qed Jitlob Spjegazzjoni Mingħand Il-Gvern Dwar Tagħmir Mediku Li Mhux Jintuża
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li l-Gvern ma ċaħadx stejjer li ħarġu fil-media li jikkonfermaw li fil-Life Sciences Park hemm magna li tista’ tipproduċi l-kimika tal-PET scan u li mhux tintuża.
Il-PN qal li dan l-apparat jidher li nxtara minn VGH imma Steward għaddietu lill-Gvern.
Dan it-tagħmir jgħin biex pazjenti morda bil-kanċer ma jistennewx li l-kimika tal-PET scan tasal mill-Italja.
Il-PN temm jgħid li f’dawn l-aħħar ġimgħat bosta pazjenti tal-kanċer tħassrulhom interventi għax ma setgħax isirilhom PET scan.