“Ma Nieħux Gost Nisma’ Nies Jgħidu Li Mhux Se Jivvutaw Fl-Elezzjoni Li Jmiss” – Alfred Sant

 “Ma Nieħux Gost Nisma’ Nies Jgħidu Li Mhux Se Jivvutaw Fl-Elezzjoni Li Jmiss” – Alfred Sant

Il-Membru Parlamentari Ewropew u eks mexxej Laburista, Alfred Sant qal li ma jiħux gost jisma’ nies jgħidu kif qed jikkontemplaw li ma jivvotaw xejn fl-elezzjoni li jmiss.

Dan qalu propju fl-aħħar ġurnata tas-sena tal-2021 fejn l-MEP Laburista Alfred Sant qal li hu naturali li wieħed iħares lura lejn dak li għadda fit-12-il xahar ta’ qabel u jsaqsi…X’sar tajjeb? X’sar ħażin?

Sant kiteb li waqt li pajjiżna kellu jaffaċċja ħafna sfidi, u ħareġ tajjeb minn ħafna minnhom, baqa’ dubju dwar kemm qed nagħmlu l-affarijiet tajjeb biżżejjed.

“Fil-fatt, f’moħħ uħud, hu dubju kbir ħafna,” kompla jikteb Alfred Sant fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

“L-aqwa riżoluzzjoni li tista’ ssir tkun dik li nneħħu kull dubju li għall-futur, l-affarijiet mhux se jkunu qed isiru skont l-aqwa kriterji tat-trasparenza, mertu u ġustizzja,” tenna l-MEP Alfred Sant, filwaqt li temm jgħid li “se jitnaddfu kwalunkwe tbajja li jista’ għad baqa’ mill-imgħoddi…”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com