“Nistgħu Nuru Apprezzament Lit-Tabib Calvagna Billi Nibdew Katina Nazzjonali” – Julie Zahra
Il-Kandidata Julie Zahra kitbet ħsieb dwar kif nistgħu nuru apprezzament lit-Tabib Victor Calvagna. Tenniet li l-ħajja kultant diffiċli nifmuha.
“Victor Calvagna hu persuna li ħadem bla heda sabiex itejjeb il-ħajja tal-persuni u tfal morda bil-kanċer. Iżda minn dan kollu nistgħu biss nitgħallmu mill-kobor ta’ persuni bħalu li waqqaf Puttinu Cares, u li tant stinka għaliha, u partikolarment f’dawk il-familji kollha li kellhom min fosthom li marad bil-kanċer, u li fiħ sabu sostenn, wens u sur ta’ kuraġġ.”
Saħqet li aħna lkoll nistgħu nuruħ kemm napprezzawh billi f’dan il-mument, ningħaqdu lkoll kif nafu nagħmlu bħala Maltin u Għawdxin u nuru s-solidarjeta’ tagħna billi nibdew katina nazzjonali sabiex nkunu aħna wkoll parti mill-kawża tiegħu.
julie Zahra ħeġġet biex jekk tridu, tistgħu tagħtu donazzjoni lil Puttinu Cares kif ġej:
Donazzjoni bit-telephone:
5160 2007 – Eur10
5170 2006 – Eur15
5180 2008 – Eur25
5190 2062 – Eur50
Donazzjoni bl-SMS:
5061 6499 – Eur1.16
5061 7380 – Eur2.33
5061 8939 – Eur6.99
5061 9225 – Eur11.65
Transfer bankarju:
HSBC
Account number: 089077341001
IBAN: MT55MMEB44897000000089077341001
Swift Code: MMEBMTMT
BOV
Account number — 400 1812 2134
IBAN: MT70VALL22013000000040018122134
Swift Code: VALLMTMT
Permezz ta’ ċekk lil:
Puttinu Cares
Rainbow Ward,
Level -1,
Sir Anthony Mamo Oncology Centre, Msida MSD 1234