“Il-PM Qed Jibqa’ Jagħżel Li Jkun Kompliċi F’Deal Korrott” – Il-PN

 “Il-PM Qed Jibqa’ Jagħżel Li Jkun Kompliċi F’Deal Korrott” – Il-PN

“Aktar ma jiġu żvelati dettalji dwar id-deal korrott tal-isptarijiet aktar qed ikun konfermat li l-kuntratt mal-Vitals hu kuntratt mnawwar minn kullimkien.”

Hekk saħaq il-Partit Nazzjonalista llum permezz ta’ stqarrija fejn sostna li l-piki bejn il-kuntratturi involuti f’dan id-deal qed iwasslu biex ikompli jinkixef aktar ħmieġ u taħwid.

Ntqal kif illum sar magħruf li dokumenti importanti minn dan il-kuntratt mhux se jkunu esebiti fil-qorti sabiex ma tinħoloqx kontroversja politika.

“Robert Abela u l-Gvern Laburista qed jibqa’ għaddej u jinjora l-fatti. Jgħaddi l-flus lil deal korrott u mhux tenibbli biex b’din l-attitudni jkomplu jkunu kompliċi għas-serq ta’ miljuni minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi,” tenna l-PN.

Huma temmew jgħidu li Partit Nazzjonalista fil-Gvern iwiegħed li jerġa’ jagħti lura l-isptarijiet lill-poplu Malti u Għawdxi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com