Andy Ellul Se Jiġi Co-Opted Għal Deputat Parlamentari Laburista Flok Silvio Grixti

 Andy Ellul Se Jiġi Co-Opted Għal Deputat Parlamentari Laburista Flok Silvio Grixti

ll-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva n-nomina sabiex l-Avukat Dr. Andy Ellul jiġi co-opted bħala Membru Parlamentari.

Fi stqarrija ntqal li għal dawn l-aħħar 8 snin, Dr. Ellul, permezz tal-esperjenza legali tiegħu kien involut fit-tfassil ta’ riformi u liġijiet importanti f’pajjiżna, fosthom dawk relatati mal-qasam soċjali u tal-familja.

Dr Ellul kien ukoll Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa fil-Kumitat Lanzarote.

L-Avukat Andy Ellul li huwa wkoll Kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss twieled fl-1975. Huwa gradwa b’Dottorat fil-liġi fl-2007 u llum jispeċjalizza fil-Liġi Amministrattiva. Andy u Claudia Cuschieri għandhom tifel ta’ 7 snin jismu Gianni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com