Il-Varjant Li Nstab Fi Franza Mhuwiex Daqstant Ta’ Theddida

 Il-Varjant Li Nstab Fi Franza Mhuwiex Daqstant Ta’ Theddida

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f’reazzjoni għal varjant il-ġdid tal-Covid-19 li nstab fi Franza l-IHU qalet li mhuwiex daqstant ta’ theddida.

Abdi Mahamud, kelliem għall-WHO qal li dan il-varjant ilu fil-komunità daqs il-varjant tal-Omicron.

S’issa huma 12-il persuna biss li ġew identifikati li għandhom l-IHU.

Aktarx dan il-varjant ġie żviluppat fil-Kamerun, hekk kif l-ewwel pazjent li nstab fuqu dan il-varjant fi Franza kien għadu kemm wasal minn dan il-pajjiż.

Ritratt: euractiv.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com