Fl-Italja T-Tilqima Kontra L-Covid-19 Hija Obbligatorja Għall-Persuni Ta’ 50 Sena ‘L Fuq
Fl-Italja, l-Kabinett tal-Gvern wara diversi sigħat approva digriet li ħa jkun qed jobbliga lill-persuni kollha ta’ 50 sena u fuqhom sabiex jkunu mlaqqma.
It-tilqima għall-persuni ta’ 50 sena ‘l fuq se ssir obbligatorja b’mod immedjat, b’din il-liġi tibqa’ fis-seħħ sal-15 ta’ Ġunju li ġej.
Fl-Italja diġà hemm fis-seħħ il-liġi tal-Green Pass, fejn biex tidħol f’postijiet pubbliċi trid turi ċ-ċertifikat tal-vaċċin. Dan jgħodd ukoll biex wieħed jkun jista’ jmur għax-xogħol.
Fl-Italja ukoll hemm bosta persuni li qed jixtru ċertifikati tal-vaċċin foloz b’numru ta’ nies inqabdu fil-fatt joħorġu dawn iċ-ċertifikati f’ħidma tal-Pulizija Taljana biex twaqqaf din l-attività llegali.
Ritratt: Reuters