Lyndsay Pace B’Aktar Mużika Ġdida – L-Ewwel Album Tagħha Mistenni Joħroġ Fis-Sajf

 Lyndsay Pace B’Aktar Mużika Ġdida – L-Ewwel Album Tagħha Mistenni Joħroġ Fis-Sajf

“I Breathe For You” hija diska ġdida li nediet Lyndsay Pace propju llum flimkien ma’ vidjow mużikali.

Lyndsay Pace hija kantanta prominenti li minn dejjem kellha passjoni aħħarija għall-mużika u tħobb tesprimi ruħha b’din l-arti. Hija tispikka f’dan il-qasam u dejjem tippreżenta ruħha b’mod professjonali, kif jixhed dan il-proġett mużikali.

Fost ħafna proġetti, Lyndsay bħalissa qed taħdem fuq ir-rilaxx ta’ l-ewwel album tagħha fuq stil pop li jġib l-isem ta’ “Dopamine” u se jkun disponibbli għall-bejgħ fis-sajf li ġej.

“I Breathe For You” li għandha produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down u Will Taylor b’kollaborazzjoni ma’ Highkey Music, hija propju l-ħames silta li ġiet imnedija minn dan l-album il-ġdid.

Il-produzzjoni u direzzjoni tal-vidjow mużikali hija ta’ Malcolm Camilleri minn Technoir Media.

Lyndsay kontinwament qed tkompli taħdem fuq materjal ġdid sabiex tkun tista’ toħroġ aktar mużika fil-futur qarib.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com