Dr. Victor Calvagna Se Jingħata L-Aħħar Tislima Nhar L-Erbgħa Li Ġej Fil-Bażilika Tal-Mosta

 Dr. Victor Calvagna Se Jingħata L-Aħħar Tislima Nhar L-Erbgħa Li Ġej Fil-Bażilika Tal-Mosta

Il-ħajja tat-tabib maħbub Dr. Victor Calvagna ser tiġi ċċelebrata nhar l-Erbgħa 12 ta’ Jannar ġewwa l-Bażilika tal-Mosta fit-3.30pm.

Dawn huma l-aħħar dettalji mħabbra fi stqarrija fuq il-mezzi soċjali ta’ Puttinu Cares fejn qalu li minħabba ċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom bħalissa, u minħabba n-numri għoljin tal-COVID, l-organizzaturi qed jagħmlu ħilithom kollha sabiex il-funeral isir skont ir-regolamenti maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

Din iċ-ċelebrazzjoni ser tkun qed tixxandar ukoll live fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares.

Il-pubbliku qed jintalab jikkoperaw u jifhem s-sitwazzjoni tal-firxa tal-pandemija, anke minkejja li ħafna jixtiequ jattendu għall-funeral.

Barra minn hekk il-familjari qegħdin jesprimu x-xewqa li fil-knisja jkun hemm ġabra ta’ talb u b’hekk l-ebda kamera mhu se tkun permessa waqt il-quddiesa.

Ritratt: L-Orizzont

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com