Iwieġeb L-Onorevoli Glenn Bedingfield Dwar Il-Fortizza Tas-Salvatur Fil-Kalkara

 Iwieġeb L-Onorevoli Glenn Bedingfield Dwar Il-Fortizza Tas-Salvatur Fil-Kalkara

Il-Fortizza tas-Salvatur fil-Kalkara hija waħda mil-eqdem binjiet li hemm f’din il-lokalita’ u hija ħasra li tħalliet tgħaddi għand il-privat u qegħda f’dan l-istat.

Il-whip tal-Gvern, l-Onorevoli Glenn Bedingfield wieġeb għall-artiklu li tellajna fuq Stradarjali.com dwar ic-CNG trekventures fejn saħaq li: “Sfortunatament, il-Gvern ma jistax jintervjeni sakemm tibqa’ għand sidien privati. F’dan l-istadju l-Gvern jista’ jew jidħol fi ftehim biex jikseb lura l-Fortizza, li hija x-xewqa tiegħi, nkella’ jidħol fi ftehim mas-sidien biex naraw li dan il-post ikun jista’ jintuża flok jitħalla jitmermer.”

Bedginfield appella lis-sidien tal-Fortizza biex ma jħallux li ssir ħsara irreparabbli u jibdew jintervjenu fejn hemm bżonn. Qal li mbilli qiegħda f’idejn il-privat ma jfissirx li għandha titħalla f’dak l-istat. “Ir-responsabbilta li nieħdu ħsieb il-beni kulturali ta’ pajjiżna mhux qeħda biss f’idejn il-Gvern iżda hija responsabbilta’ ta’ kulħadd.”

“Nixtieq li l-Gvern jidħol f’negozjati mas-sidien tal-fortizza biex jikseb lura dan is-sit storiku u uniku li jekk ikun utilizzat tajjeb, jista’ anke jservi biex jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol. Nifhem li fis-snin sebgħin, kien hemm il-ħtieġa li jinħoloq ix-xogħol u għalhekk din il-fortizza bdiet tintużabħala impjant għal dak l-iskop, iżda llum, fejn għalkemm prijoritajiet differenti minn dak iż-żmien xorta jeħtieġ li noħolqu x-xogħol iżda nibqgħu nirrispettaw il-wirt storiku kulturali. Il-Fortizza tissemma’ ħafna l-istrateġija li ħejja l-Gvern għall-Kottonera bħala waħda mill-binijet li permezz tagħhom nistgħu noħolqu niċċeċ ġodda ta’ xogħol u nġibu lejn it-tliet ibliet aktar xogħol u investiment li minnu jgawdi kulħadd”, kompla jenfasizza l-Onorevoli Glenn Bedingfield.

Huwa rringrazzja lil CNG u anke lill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara li tkellmu kemm-il darba dwar din il-fortizza li hija waħda mill-ikbar li għandna f’pajjiżna. Qal ukoll kif fil-Kottonera hemm binjiet oħrajn li għandhom bżonn l-attenzjoni.

Spjega kif f’Awissu li għadda flimkien ma’ Conrad Neil Gatt daħlu f’San Klement, li sfortunatament, din il-parti tas-swar hija mitluqa u għadha okkupata illegalment minn persuni li allegatament qed jużawha bħala post minn fejn joperaw l-attivita’ illeġita tagħhom. “Dawn il-postijiet għandhom ikunu għan-nies.”

Ritratt: CNG Photography/ Glenn Bedingfield/Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com