19-il Persuna Mejta Fosthom Tfal F’Nirien F’Binja Ta’ Appartamenti Fi New York
Tal-inqas 19-il persuna, fosthom disat itfal, mietu f’nar f’binja ta’ appartamenti ta’ 19-il sular fi New York. Aktar minn 60 persuna qed jingħataw l-għajnuna għad-duħħan li belgħu, filwaqt li 13-il persuna oħra sofrew ġrieħi gravi.
Is-Sindku ta’ New York, Eric Adams ikkonferma dan, fejn qal li dan l-aċċident huwa l-agħar wieħed li qatt rajna fiż-żminijiet tal-lum. “Din hija traġedja kbira.”
Mal-200 pumpier kienu msejjħa biex jikkontrollaw in-nirien, b’diversi nies jippruvaw joħorġu mid-dħaħen li nfirxu mal-binja kollha.
Dan l-aċċident seħħ ilbieraħ filgħodu fejn qed ikun rapportat li n-nar beda minn heater tal-elettriku li fi ftit minuti nfirex in-nar mal-binja kollha. Din il-binja kien fiha 120 appartament u nbniet fil-bidu tas-snin 70.
Ritratti: New York Times