Tarbija Tinstab Wara Li Kienet Intilfet Waqt Il-Ġlied Fl-Afganistan
Tarbija li kienet mitlufa wara li ngħatat lis-suldati Amerikani fl-Ajruport ta’ Kabul, fl-Afganistan reġgħet ingħaqdet mal-familja tagħha.
Kien id-19 ta’ Awwissu 2021, meta Sohail Ahmadi, tifel ta’ xahrejn kien ingħata lil wieħed mis-suldati Amerikani minn fuq ħajt, wara biża mill-ġenituri li t-tifel kien ħa jispiċċa mgħaffeġ fir-rassa kbira ta’ nies li kienu qed jippruvaw jidħlu fl-ajruport biex jaħarbu.
Missieru Mirza Ali Ahmadi u ommu Suraya flimkien mal-erbat itfal tagħhom kienu se jkunu evakwati lejn il-Qatar u eventwalment lejn l-Istati Uniti minħabba li l-missier kien jaħdem bħala uffiċjali tas-sigurtà mal-Ambaxxata Amerikana.
Il-familja qatgħu ġranet jippruvaw ifittxu lit-tarbija mitlufa, sakemm f’Novembru Sohail Ahmadi kien intlemaħ f’Kabul, l-Afganistan għand xufier ta’ taxi, Hamid Safi li għandu 29 sena. Huwa kien sab lit-tarbija fl-art tibki, fl-ajruport. Huwa qal li ma setax isib lill-familja tiegħu u għalhekk kien ħadu d-dar biex jieħu ħsiebu flimkien ma’ martu.
Sadanittant in-negozjati ma’ Hamid Safi bl-interventi tal-pulizija Talibani ntemmu issa madwar xahar u nofs wara biex finalment it-tarbija irritornat lura għand in-nanniet tiegħu li kienu għadhom f’Kabul.
Bla dubju l-ġenituri ta’ Sohail wara li kienu kważi qatgħu qalbhom li jsibu lil binhom kienu ferħana ħafna b’din l-aħbar. Għal Hamid Safi u martu wkoll kienet ta’ qsim il-qalb hekk kif wara ħames xhur irabbu lil din it-tarbija kellhom jagħtuha lura lill-familja.
Issa qed isiru l-arranġamenti sabiex it-tifel jirritorna lura mal-familja tiegħu fl-Istati Uniti.
Ritratti: Sky News