L-Awtorità Tal-Protezzjoni Tal-Embrijuni Tirreġistra 41 Tqala Fl-2021

 L-Awtorità Tal-Protezzjoni Tal-Embrijuni Tirreġistra 41 Tqala Fl-2021

L-2021 kienet sena pożittiva għall-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni, fejn jidher li minn ċikli li saru matul is-sena li għaddiet kien hemm 41 tqala, li huwa ferm għola mill-ammont ta’ tqaliet li kien hemm fl-2020.

Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara li għamel fil-binja l-ġdida tal-Awtorità, f’Ħal Luqa fejn ħa l-okkażjoni wkoll biex jirringrazzja lill-bord kollu u l-istaff għall-ħidma tagħhom u r-riżultati tajbin li kisbu.

Barra minn hekk, il-European Atlas of Fertility Treatment Policies, li huwa ffurmat mill-Kummissjoni Ewropea, l-ESHRE (European Society for Human Reproduction and Embryology), kif ukoll Fertility Europe (l-Assoċjazzjoni tal-Pazjenti), ikklassifika lil Malta bħala ‘very good’ b’71% fl-istess kategorija tal-Ingilterra, l-Isvezja, Spanja, il-Finlandja u d-Danimarka, fost l-oħrajn.

Malta saħansitra ġiet ikklassifikata qabel pajjiżi li ilhom joffru dan is-servizz għal ħafna snin, fosthom il-Ġermanja, l-Italja, l-Awstrija, Ċipru u l-Irlanda.

Ritratt: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com