Bil-Filmat: Dgħajjes Bin-Nies Jibqgħu Taħt L-Irdum Minkejja Twissijiet Biex Joħorġu ‘L Barra
It-traġedja li seħħet ilbieraħ fil-Brażil setgħet ġiet evitata. Dan wara filmati li bdew ħierġin fuq il-mezzi soċjali fejn juru persuni fuq dgħajjes oħra aktar il-barra li bdew jgħajjtu lil dgħajjes oħra li kien aktar qrib biex joħorġu ‘l barra.
Il-filmat juri madwar minuta qabel waqgħet biċċa kbira mill-irdum fejn kienu diġà bdew jidhru niżlin biċċiet żgħar tal-ġebel. Minkejja l-għajjat minn persuni fuq dgħajjes li kienu qed jaraw kollox aktar ‘il barra mill-irdum biex joħorġu ‘l barra, xorta waħda baqgħu taħt l-irdum, li meta beda nieżel biċċiet ikbar tal-ġebel kien tard wisq biex joħorġu sakemm ċediet biċċa kbira sew għal fuqhom.
Sal-lum in-numru ta’ persuni mejta telgħa għal 10. Il-vittmi huma kollha Brażiljani u kellhom bejn 14 u 68 sena. Huma kienu kollha qraba u ħbieb ta’ xulxin li kienu qed iqattgħu xi jiem flimkien fl-akwati tal-aċċident.
Mas-27 persuna oħra sofrew xi ġrieħi u ngħataw l-għajnuna medika.
Il-każ seħħ fl-għadira Furnas f’São José da Barra, il-Brażil.
Ara l-filmat: