Raġel Ta’ 65 Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum F’Razzett Fis-Siġġiewi

 Raġel Ta’ 65 Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum F’Razzett Fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 65 sena minn Santa Venera jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li dalgħodu waqa’ minn fuq sellum f’razzett, fis-Siġġiewi.

Dan l-aċċident seħħ għall-ħabta tat-8:30am, f’razzett li jinstab fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.

Iktar tard, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ u li kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com