Id-Deputat Nazzjonalista David Thake Se Jkun Qed Jirreżenja Mill-Parlament
Id-Deputat Nazzjonalista David Thake informa lill-Partit Nazzjonalista li se jkun qed jirreżenja mill-Parlament, dan wara li diġà rriżenja mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
Dan ħabbru huwa stess permezz ta’ filmat fuq il-mezzi soċjali tiegħu ftit tal-mumenti ilu.
Huwa se jkun qed jirreżenja wara biss sentejn li kien elett bħala Membru Parlamentari permezz ta’ elezzjoni każwali.
Fil-filmat huwa qal li jammetti li għamel żball amministrattiv, “żball ridikolu” fil-kumpanija li huwa direttur tagħha, “il-kumplament huwa kollu gideb mill-Partit Laburista.”
David Thake qal li l-istandards tiegħu huma ferm ogħla minn dawk tal-Partit Laburista, “jien mhux korrott, mhux qattiel u mhux kriminal…dawk għadhom fil-Parlament.”
Intant l-Partit Nazzjonalista rringrazza lil David Thake talli refa’ r-responsabbiltà politika tiegħu u rriżenja mill-Parlament, u rtira wkoll il-kandidatura tiegħu minn mal-Partit Nazzjonalista.
Fi stqarrija ntqal li l-Kap tal-PN Bernard Grech, aċċetta r-riżenja u rringrazzja lil David Thake għal kontribut li ta lill-PN u għal ġlieda tiegħu li jtejjeb l-istandards fil-politika.
Ara l-filmat kollu: