Abner Aquilina Jitressaq Il-Qorti – Qabel Daħal Ħareġ Subgħajh Tan-Nofs Lill-Ġurnalisti
Abner Aquilina s-suspettat qattiel ta’ Paulina Dembska għadu kif daħal fil-bini tal-Qorti skortat mill-Pulizija.
Huwa se jkun qed jidher quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, fis-6:30pm.
Abner Aquilina se jkun mixli bil-qtil u l-istupru tat-tfajla.
L-Avukati Anthony Vella u Darlene Grima qed jidhru għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-Avukat Mario Mifsud qed jidher għall-imputat u l-Avukat Stefano Filletti qed jidher għall-parte civile.
Ritratt: TVM