Iċċertifikat Li Weġġa’ Gravi Wara Inċident Bil-Mutur Fil-Qrendi
Raġel ta’ 41 sena residenti ż-Żurrieq, għal xi s-sebgħa tal-bieraħ filgħaxija, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.