“Sa Nofs Din Is-Sena L-Elezzjoni Tkun Saret” – Il-Prim Ministru Robert Abela

 “Sa Nofs Din Is-Sena L-Elezzjoni Tkun Saret” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela fost punti li semma’ lbieraħ f’għeluq is-sentejn minn meta sar Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista, qal li ma kienx hemm episodju wieħed li hu wieħed ta’ governanza ħażina taħt it-tmexxija tiegħu.

Meta mistoqsi mill-ġurnalist Fabian Demicoli dwar Roberta Metsola, il-Prim Ministru qal li jixtieq li tiġi eletta u li din tkompli tikkonferma l-premessa tal-Partit Laburista li jappoġġja lill-Maltin f’kull kariga internazzjonali. Qal li din hija opportunità għal Malta filwaqt li awguralha biex taħdem favur pajjiżna.

Meta mistoqsi meta ġejja l-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru Robert Abela qal li sa nofs din is-sena tkun saret.

Abela qal ukoll li l-Gvern kien iffukat fuq it-tmexxija tal-pajjiż u mhux meta ġejja l-elezzjoni. Spjega kif il-kriterju konsistenti kien li pajjiżna jissaħħaħ u jibqa’ miexi ‘l quddiem anke waqt pandemija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com