Isma’: It-22 Kanzunetta Li Se Jieħdu Sehem Fil-MESC 2022

 Isma’: It-22 Kanzunetta Li Se Jieħdu Sehem Fil-MESC 2022

Issa tistgħu tisimgħu t-22 kanzunetta li se jieħdu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.

Ilbieraħ filgħaxija, xahar qabel l-ewwel serata kienu rilaxxati l-filmati bil-kanzunetti kollha kif ukoll il-kliem tagħhom fuq il-mezzi soċjali uffiċjali.

Propju l-ewwel serata ser tkun il-Ħamis 17 ta’ Frar fejn waqt din is-serata minn 22 kanzunetta semi finalista jonqsu għal 16-il finalista. Is-serata finali tal-Malta Eurovision Song Contest ser tkun nhar is-Sibt 19 ta’ Frar.

Dan il-konkors dejjem kien ta’ stennija għall-poplu Malti, u propju t-tema li ġiet magħżula għall-edizzjoni ta’ din is-sena hija ‘What A Feeling’, b’qalb tħabbat li tirrapreżenta l-qalb tal-Maltin.

Din is-sena jidher li hemm kanzunetti ta’ kull stil u anke bil-lingwa Maltija, b’kantanti li żgur se jagħtu spettaklu mill-aqwa.

Ara l-kanzunetti kollha:

EMMA MUSCAT – OUT OF SIGHT

GIADA – REVELACIÓN

JESSICA GRECH – APHRODISIAC

JESSIKA – KALEIDOSCOPE

DENISE – BOY

MIRIANA CONTE – LOOK WHAT YOU’VE DONE NOW

SARAH BONNICI – HEAVEN

AIDAN- RITMU

RAQUEL – OVER YOU

JANICE MANGION – ARMY

NORBERT – HOW SPECIAL YOU ARE

NICOLE AZZOPARDI – INTO THE FIRE

MARK ANTHONY BARTOLO – SERENITY

MATT BLXCK – COME AROUND

FRANCESCA – RISE

BAKLAVA Ft NICOLE – ELECTRIC INDIGO

MALCOLM PISANI – WE CAME FOR LOVE

NICOLE HAMMETT – A LOVER’S HEART

DERRICK – II

ENYA MAGRI – SHAME

RICHARD EDWARDS – HEY LITTLE

RACHEL LOWELL – WHITE DOVES

Liem hi l-favorita tiegħek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com