Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fil-Ħamrun

 Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fil-Ħamrun

Raġel mill-Ħamrun weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti l-Ħamrun stess weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura Honda Fit, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 47 sena residenti Tal-Pietà.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com