Il-Perit Graziella Galea Approvata Mill-Eżekuttiv Tal-PN Biex Tieħu Post David Thake

 Il-Perit Graziella Galea Approvata Mill-Eżekuttiv Tal-PN Biex Tieħu Post David Thake

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista waqt laqgħa li saret ilbieraħ filgħaxija b’vot sigriet approva unanimament lill-Perit Graziella Galea biex b’co-option tieħu post David Thake bħala Membru Parlamentari fuq it-12-il distrett.

Dan is-siġġu fil-Parlament kien ittieħed minn David Thake permezz ta’ bi election, elezzjoni li fiha, fl-aħħar count, Galea u Thake kienu ġabu eżatt l-istess ammont ta’ voti. Kienet din ir-raġuni għaliex il-PN talab li jkun hemm co option minħabba li ma’ kienx hemm lok biex isir bi election.

Fl-istess seduta tal-bieraħ il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ħatar lil Veronica Perici Calascione bħala Segretarju Internazzjonali wara elezzjoni, bil-kandidat l-ieħor ikun Liam Sciberras.

Fl-elezzjoni Veronica Perici Calascione kisbet total ta’ 59 vot mit-total ta’ 89 voti mitfugħa, Liam Sciberras kiseb 29 vot, filwaqt li kien hemm vot invalidu.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija reġa’ irringrazzja lil David Thake u Roselyn Borg Knight għax-xogħol tagħhom, u awgura lil Graziella Galea u Veronica Perici Calascione għall-ħidma tagħhom rispettivament.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com