Jurgen Degabriele Jirbaħ Il-BOV Plejer Tax-Xahar Għal Diċembru

 Jurgen Degabriele Jirbaħ Il-BOV Plejer Tax-Xahar Għal Diċembru

L-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2021.

Il-plejer internazzjonali ta’ 25 sena matul Diċembru skorja tliet goals, doppjetta f’rebħa għat-tim tiegħu 3-1 fuq Gżira United, u goal ieħor f’rebħa diffiċli 2-1 kontra Gudja United. Għen lit-tim tiegħu wkoll fi draw kumbattut ta’ mingħajr goals kontra Floriana.

Riżultati li ppermettew lit-tim minn Raħal Ġdid isaħħaħ l-ewwel post tal-klassifika u jibqa’ mhux megħlub.

B’kollox fil-Kampjonat BOV Premier Jurgen skorja 65 gowl minn total ta’ 182 fl-ogħla diviżjoni f’Malta.

Il-Viċi President tal-Malta Football Association Ludovico Micallef flimkien ma’ Kristian Gilson Manager, CSR and Communications fi ħdan Bank of Valletta ppreżentaw it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru lil Degabriele li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com