Il-Każijiet Attivi Tal-Covid-19 F’Malta Jkomplu Jinżlu

 Il-Każijiet Attivi Tal-Covid-19 F’Malta Jkomplu Jinżlu

Il-każijiet attivi tal-Covid-19 komplew jinżlu hekk kif illum niżlu taħt il-5,000 każ.

L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 202 persuni, filwaqt li fiequ 1,253 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 4,708.

B’kollox hemm 103 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm 6 persuni fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet tela’ għal 534, hekk kif sfortunatament żewġt irġiel wieħed ta’ 55 u ieħor ta’ 90 sena mietu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 322,092 dożi tal-booster.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com