Ħabta Bejn Karozza U Pick-Up Tħalli Raġel B’Ġrieħi Serji Fiż-Żejtun

 Ħabta Bejn Karozza U Pick-Up Tħalli Raġel B’Ġrieħi Serji Fiż-Żejtun

Raġel ta’ 40 sena minn Marsaskala sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-6:30am, fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Seat Ibiza, misjuqa mill-vittma u Mitsubishi L200, misjuqa minn raġel ta’ 49 sena miż-Żejtun.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 40 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com