Grupp Ta’ Immigranti Jħalli Malta Lejn Franza
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li grupp ta’ immigranti li ddaħħlu f’Malta fl-aħħar xhur telqu minn Malta lejn Franza.
Fuq Twitter Abela qal li l-immigranti telqu minn Malta dalgħodu b’titjira diretta lejn Pariġi.
Dan wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi maħsub sabiex inaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni.
Huwa sostna li l-awtoritajiet Maltin se jibqgħu jaħdmu biex mijiet ta’ immigranti oħra jkunu trasferiti lejn stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Ritratt: Facebook/ Robert Abela