Mara Ntlaqtet Minn Vettura Fil-Ħamrun

 Mara Ntlaqtet Minn Vettura Fil-Ħamrun

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 63 sena residenti Ħal Qormi sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn Citroen Berlingo, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Ħamrun.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com