Tilef Il-Kontroll U Nqaleb F’Ħal Luqa

 Tilef Il-Kontroll U Nqaleb F’Ħal Luqa

Albaniż ta’ 32 sena, għal xi s-sebgħa ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mitjar, Ħal Luqa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Niu N1S, tilef il-kontroll u nqaleb.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com