Għaddej Xogħol Fiċ-Ċentru Miftuħ Tal-Immigranti Fil-Marsa Biex Dan Jingħalaq

 Għaddej Xogħol Fiċ-Ċentru Miftuħ Tal-Immigranti Fil-Marsa Biex Dan Jingħalaq

“Impenjajna ruħna li jingħalaq iċ-ċentru tal-immigranti tal-Marsa mingħajr ma jitpoġġa piż fuq lokalitajiet oħra.”

Kien dan il-messaġġ li kiteb dalgħodu l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fuq il-mezzi soċjali tiegħu, hekk kif ħabbar li x-xogħol biex jingħalaq iċ-Ċentru Miftuħ tal-immigranti fil-Marsa issa għaddej ġmielu.

Huwa spjega kif għaddejja ħidma ma’ entitajiet oħra sabiex dan il-post jinżamm f’kundizzjoni aħjar milli hu.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li l-għeluq taċ-Ċentru huwa biss parti mill-pjan biex tiġi rriġenerata din iż-żona, kemm għan-nies tal-Marsa u kif ukoll għan-nies tal-irħula tal-madwar fin-naħa t’isfel tal-pajjiż.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com