It-Talba Tal-Pawlini Biex Issir Il-Purċissjoni Ma Ġietx Milqugħa

 It-Talba Tal-Pawlini Biex Issir Il-Purċissjoni Ma Ġietx Milqugħa

Fi stqarrija fuq il-mezzi soċjali, l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, u l-Għaqda tal-Pawlini, tal-Belt Valletta, ħabbru li t-talba sabiex issir purċissjoni nhar l-10 ta’ Frar ma ġietx milqugħa f’dan l-istadju.

Intant, l-attivitajiet li kienu pjanata li jsiru bil-qiegħda nhar it-Tlieta 8 ta’ Frar u l-Erbgħa 9 ta’ Frar ġew approvati, “u l-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom sabiex iseħħu kif pjanat,” qalu l-Għaqda tal-Pawlini.

Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, u l-Għaqda tal-Pawlini tennew t-talba tagħhom għal laqgħa mal-Awtoritajiet Ċivili sabiex tinstab soluzzjoni bil-miżuri kollha li jipproteġu s-saħħa pubblika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com