Konrad Mizzi Llum Mhux Se Jidher Għas-Seduta Tal-PAC Minħabba Raġunijiet Mediċi

 Konrad Mizzi Llum Mhux Se Jidher Għas-Seduta Tal-PAC Minħabba Raġunijiet Mediċi

Id-Deputat Indipendenti Konrad Mizzi mhux se jkun qed jidher biex ikompli jixhed quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi minħabba “medical procedures.”

Is-seduta kienet pjanata biex isir illum wara li l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta r-ruling u qal li s-Sedja tistenna li kull membru tal-PAC għandu juża kawtela fil-mistoqsijiet li jagħmel u li josserva l-ordnijiet permanenti, ir-regolamenti u l-linja gwida tal-kamra tad-Deputati.

Madanakollu, wara żewġ seduti fejn id-Deputat Konrad Mizzi ma’ wieġeb xejn ħlief  “nistennew ir-ruling tal-Ispeaker,” issa li l-Ispeaker ħareġ ir-ruling huwa mhux se jkun qed jattendi s-seduta tal-lum.

Iċ-Chairman tal-Kumitat Dr. Beppe Fenech Adami qal li mhuwiex kompitu tiegħu li jiddubita jew jistaqsi fuq materji ta’ saħħa ta’ kwalunkwe natura, madanakollu huwa qal li l-Kumitat Permanenti se jerġa’ jibgħat għalih għal seduta oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com