€70 Miljun F’Ċekkijiet Lill-Madwar 380,000 Persuna

 €70 Miljun F’Ċekkijiet Lill-Madwar 380,000 Persuna

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbru li l-Gvern se jkun qed jagħti €70 miljun f’għajnuna lill-ħaddiema, lill-istudenti u lill-pensjonanti biex jistimola t-tkabbir ekonomiku u jindirizza realtajiet li ħalliet il-pandemija.

Dan tħabbar waqt konferenza li saret f’Marsaxlokk fejn intqal li minbarra ċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa b’investiment ta’ €25 miljun, se jingħataw €45 miljun oħra f’ċekk ieħor biex jgħin l-iktar lil dawk li qed jintlaqtu miż-żieda fil-prezzijiet ta’ ċerti oġġetti u servizzi bażiċi.

Ġie spjegat li permezz ta’ din l-inzjattiva familja fejn il-koppja taħdem it-tnejn u tirċievi l-paga minima, din il-koppja se tirċievi bħala rifużjoni tat-taxxa s-somma ta’ €140 kull persuna u permezz taċ-ċekk ta’ stimolu se tirċievi €100 kull wieħed. Dan ifisser li koppja fuq il-paga minima se tkun qed tirċievi €480.

Fl-istess waqt li żewġ pensjonanti li t-tnejn huma intitolati għall-pensjoni se jkunu qed jirċievu ċekk ta’ €200 kull wieħed. Dan filwaqt li ħaddiema u studenti se jkunu qed jirċievu ċekk ta’ €100.

Dan iċ-ċekk se jkunu qed jirċievuh mat-380,000 persuna.

Il-Ministru Caruana qal ukoll li bdew it-taħditiet dwar il-mekkaniżmu ġdid li se jikkumpensa l-għoli tal-ħajja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com