Ħaddiem Anzjan Jitlef Ħajtu Waqt Li Kien Qiegħed Jassisti Ħaddiem Ieħor F’Diffikultà

 Ħaddiem Anzjan Jitlef Ħajtu Waqt Li Kien Qiegħed Jassisti Ħaddiem Ieħor F’Diffikultà

Ħaddiem ta’ 71 sena mill-Imġarr tilef ħajtu traġikament illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, fi Triq Wied il-Qoton, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ jidher li r-raġel kien qiegħed jassisti ħaddiem ieħor jimmanuvra trakk meta intlaqat mill-istess vettura.

Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li bdew jassistu lill-vittma iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.

Ix-xufier tat-trakk, raġel ta’ 35 sena mill-Mosta ma ġarrabx ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com